Εικόνα1Għajnuna Finanzjarja

Li ġej hija stampa ġenerali  fil-qosor ta’kif igħin il-Gvern Malti.

Is-Sezzjoni Ċ hija maqsuma f’ żewg partijiet,

 

Il-pożizzjoni Legali, u

Dik Finanzjarja – Din il-parti li għandha x’taqsam mas-sezzjoni Finanzjarja hija minna nnifisha maqsuma f’hames (5) partijiet. Summarju ta’ dawn il-partijiet jidher hawn taht:

 

 

L-Assiġurazzjoni u l-Benefficji ta’ l-Istat

Jekk inti tieħu ħsieb xi membru tal-familja tiegħek l-jum kollu, inti għandek il-jedd li tirċievi minn għand il-Gvern benefiċċju fix-xahar. Dawn huma l-Pensjoni tal-Carers jew l-Assistenza Socjali tal-Carers. Hemm numru ta’kundizzjonijiet li japplikaw biex tkun tista’  tikkwalifika għal xi wieħed minn dawn il-benefiċċji, u għalhekk huwa ħafna mportanti li inti tifhem, u tkun ċar, għal liema minn dawn il-benefiċċji inti tkun intitolat. Dan l-għarfien ikun jista’ jgħinek tagħzel l-aħjar mod ta’ kif tieħu ħsieb lill-persuna kkonċernata kif ukoll tagħtik         l-opportunita li tieħu ħsieb tiegħek innifsek

 

Għal aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett ara dawn li huma msemmijin hawn taħt:

X’ ammonti ta’benefiċċji jistgħu jiġu  mogħtija lil Carer;

Il-kundizzjonijiet ta’ kif wieħed jikkwalifika huma mogħrija f’dawk il-partijiet tal-Liġi li tirreġola l-Att tas-Siġurta’Soċjali, Cap 318;

 

 

Għajnuniet fit-Taxxa

Jekk bħala persuna anzjana inti tiddependi fuq xi servizz ta’għajuna jew fuq persuna tal-familja li tgħinek, hemm numru ta’ għajnuniet f’ tnaqqis fit-taxxa, kif ukoll faċilitajiet oħrajn biex takkwista xi affarijiet speċifiċi u servizzi. Tajjeb li tkun taf x’jistgħu jkunu dawn il-faċilitajiet u kif tista’ tikkwalifika għalihom jekk kemm il-darba tiġi fil-bżonn tagħhom.

 

 

L-Ispiza ta’ l-Għajnuna 

Kif tista’ tobsor hemm numru ġmielu ta’  servizzi li jipprovdu għajnuna lill-persuni anzjani kif ukoll lil dawk li jieħdu ħsieb lil xi persuna anzjana jew b‘ diżabilita.  Xi wħud minn dawn is-servizzi huma pprovduti mill-Gvern mingħajr ħlas jew huma ssussidjati b’rati tajbin, kif wkoll hemm dawk privati li għalihom wieħed irid iħallas. Tajjeb li jkollok għarfien             tas-servizzi kollha kif wkoll l-ispejjes tagħhom. Dan jagħtik l-opportunita bħala persuna anzjana jew bħala carer ta’xi hadd anzjan mill-qrib, li tagħmel l-aħħjar uzu mis-servizzi li hawn, kif ukoll tagħżel dak is-servizz li tkun tista’ tħallas għalih. Ga ladarba tkun għamilt l-għażla tiegħek tkun tista’ ssir taf aktar fuq is-servizz magħżula, u kif tkun tista’ tapplika għall-użu tiegħu.

 

 

Il-Kura Privata u Assiġurazjoni Supplimentarja. 

M’għandhiex xi ngħidu,  jasal il-mument fejn s-saħħa u l-kura medika jibdew ikunu ta’ importanza akbar għal dik il-persuna anzjana jew għal min ikun qiegħed jieħu ħsieb xi persuna maħbuba. Għalhekk tkun ħaga tajba li tieħu tagħrif dwar t-tipi differenti ta’ Assiġurazjoni fuq is-saħħa u l-għajnuna medika li hawn fuq is-suq, speċjalment x’jassiġuraw u kemm iqumu fi flus. Hemm l- assiġurazjoni pprovduta mill-Istat u dik minn kumpanniji privati, li fid-dawl ta’ x’ jipprovdu u x’ ikun il-‘budget’, tagħmel l-għażla xierqa.